Għeżież votanti
L-aħħar ħmerijiet li wettaq il-Gvern ħeġġewni biex nagħti bidu għall-kampanja elettorali tiegħi malajr kemm jista’ jkun. Iżda minħabba li din hija l-ewwel darba li qed nikkuntesta l-elezzjoni ġenerali, ilni ħafna naħseb u nara kif nista’ nagħmel dan. Din hija esperjenza ġdida għalija u l-opportunitajiet huma infiniti.
 
Imbagħad irrealizzajt li l-aħjar mod biex nibda l-kampanja tiegħi kien li nibqa’ naħdem mill-viċin man-nies, billi nkompli l-laqgħat individwali mal-elettorat u nkompli l-komunijazzjoni fuq il-midja soċjali.
 
B’hekk nista’ nilħaq lil ħafna minnkom; nista’ “nismagħkom” billi naqra l-kummenti tagħkom u billi nirrispondi l-mistoqsijiet li jista’ jkollkom. U nista’ nagħmel dan b’mod kosteffikaċi.
Uħud minnkom jista’ jkun li jafuni, u oħrajn ma jafunix, għalhekk hawn xi ftit informazjzoni dwari:
➤Jien għandi 37 sena u għandi tifel ta’ 13-il xahar. Din l-esperjenza ta’ omm hija tassew speċjali, iżda jkolli nammetti li xi drabi hija waħda tassew diffiċli, speċjalment minħabba li jien kontinwament nipprova nlaħħaq ma’ kulma għandi bżonn u nixtieq nagħmel.
 
➤Jien ikkwalifikata bħala avukat kemm hawn Malta kif ukoll fl-Ingilterra, u nispeċjalizza fil-liġi tal-impjieg. Jiena għandi passjoni kbira għal-liġi, u naħdem bis-sħiħ għal relazzjonijiet industrijali b’saħħithom.
 
➤Fl-2009 waqqaft uffiċju legali fl-Ingilterra, iżda wara 3 snin bgħettu u erġajt lura Malta, madankollu għadni nagħmel xi xogħol fl-Ingilterra.
 
➤Inħobb il-ħajja u nħobb nidħaq.
 
➤L-aktar ġurnata ta’ swied il-qalb kienet meta missieri tilef il-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer – għalkemm għaddew sitt snin minn dakinhar xorta għadni nħoss nuqqas kbir minħabba t-telfa tiegħu. Ejjew naħdmu u nibqgħu niġġieldu kontra l-kanċer.
 
With dad in his shop in Sliema
With dad in his shop in Sliema

➤Missieri Edward kien il-proprjetarju tal-iżgħar ħanut f’Tas-Sliema (ħanut tas-sigaretti l-Istrand).

 
➤L-aktar ġurnata speċjali għalija kienet meta sirt naf li jien tqila bit-tifel tiegħi –min qatt kellu jgħidli! It-tifel tiegħi huwa tassew miraklu żgħir.
 
➤L-akbar nuqqas tiegħi hu li ninkwieta ħafna (m’inix ċerta jekk din hix ħaġa tajba għal ħajja fil-politika!).
 
➤L-aqwa kwalità tiegħi hi li naħdem ħafna u dejjem nagħmel l-almu kollu tiegħi.
 
➤Inħobb ħafna s-safar u żort ħafna pajjiżi sbieħ. Iżda xorta waħda għandi lista twila ta’ pajjiżi li nixtieq inżur.
 
➤U din hi r-raġuni għalfejn iddeċidejt li noħroġ għall-politika:
meta ħabbart din id-deċiżjoni għall-ewwel darba, bosta nies qaluli li qed nitlef rasi, iżda jien ħassejt li ma jagħmilx sens li nibqa’ d-dar nilmenta dwar is-sitwazzjoni, meta stajt inxammar il-kmiem u mmedd idejja għax-xogħol. Minn dejjem kont involuta f’lobby groups, allura sa ċertu punt il-pass li kien imiss – il-pass li kelli nagħmel kienet il-politika, bil-ħsieb li noħloq bidla, u li bil-kontribut żgħir tiegħi ngħin biex Malta u Għawdex jirċievu l-aqwa, kif jistħoqq. Uħud jgħidu li jien noħlom ħafna, iżda min jidħol fil-politika bilfors li joħlom dwar ħajja aħjar u kif jista’ jimplimentaha; mingħajr din ix-xewqa ma toħroġx għall-politika.
 
➤Qed nikkuntesta fuq id-9 Distrett – Għargħur, Msida u partijiet minn Swatar, San Gwann, Kappara, , Swieqi, Ibraġġ, Madliena, Ta’ Xbiex u fuq l-10 Distrett – Gżira, Pembroke, San Ġiljan, Paceville u Sliema
 
Nispera li jkolli l-appoġġ tagħkom u nieħu pjaċir nisma mingħandkom!
 
Grazzi
 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *