Ktibt l-ewwel ittra tiegħi lilkom, l-elettorat, f’Marzu li għadda. L-intenzjoni tiegħi hi li nibqa’ f’kuntatt magħkom, għalhekk ser inżommkom aġġornati b’dak li ġara dawn l-aħħar ġimgħat.

Jidher li reġa’ wasal sajf jixwi, u filwaqt li jien xi kultant ninsa nagħmlu għalija nnifsi, inħoss li ma nistax nibda mingħajr ma nfakkarkom tużaw is-sunscreen.

pitchIs-sajf għalija hu żmien meta nerġa’ niftakar fi żmien meta kont iżgħar. Is-sħana tas-sajf qisha tiġbidni lura lejn dawk il-ġranet meraviljużi, ngħumu fil-pitch ta’ San Ġiljan, nilgħab (jew nipprova nilgħab) il-Water polo, u nara l-plejers jittrejnjaw kull jum.

cityMatul dawk il-jiem u l-iljieli, l-uniku inkwiet li kien ikolli kien kif ser nerġa’ nasal lura d-dar, għax ngħiduha kif inhi, dik it-telgħa wieqfa biex nasal lura d-dar (B’kara Road) malajr taqtagħlek qalbek. Fortunatament, in-Nannu Salv dejjem kien iħenn għalina; konna niltaqgħu miegħu fil-bar tiegħu – The City of London – nintrassu fl-Anglea l-blu li kellu, u hu kien iwassalna lura d-dar qawwijin u sħaħ.

DadMatul il-jum kont ngħin lil missieri fil-ħanut tiegħu f’tas-Sliema, u għalkemm kont immur ukoll diversi drabi fix-xitwa, is-sajf kien tassew speċjali. Filwaqt li f’dik is-sħana malajr stajna nibilgħu xi xemxata matul it-tqassim tas-sigaretti, jien u missieri konna mmiddu għonqna għax-xogħol. Konna tassew naħdmu tajjeb flimkien, missieri u jien.

Issa nirrealizza li aktar ma nikber, anqas sirt nissaporti s-sħana, iżda l-għum għadni nħobbu, u nispera li t-tifel tiegħi jikber iħobb il-baħar daqskemm inħobbu jien.

Kif jgħidu, il-ħin ma jistenna lil ħadd u għalhekk jien ser inkompli naħdem fuq il-kampanja tiegħi matul is-sajf, iżda ser niffoka l-aktar fuq il-pjanijiet għax-xhur li ġejjin. Intant ser inkompli nxandar il-programm tiegħi fuq ir-radju (Id-Dinja Tax-Xogħol) fuq Radio 101 kull nhar ta’ Erbgħa fit-8.00 ta’ filgħaxija, u jien dejjem nieħu gost niġi nżurkom biex nitkellmu ftit.

Jekk tixtieq li norganizzaw żjara f’darek matul ix-xhur tas-sajf, hi x’inhi t-tema li tixtieq tiddiskuti, jekk jogħġbok ikkuntattjani hawn jew permezz ta’ messaġġ privat fuq Facebook.

Read this letter in English

 

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *