business-561387_1280Ikolli nammetti li kelli aspettattivi kbar għal dan il-baġit. Ħsibt li dan il-Gvern kien se jipprova jiġbidna lura b’baġit tad-deheb – taf kif, jagħtina lkoll xi ħaġa pożittiva biex niddiskutu wara n-negattività u l-pessimiżmu kollu li dan il-Gvern ikkawża fuq pajjiżna.

Iżda għal darb’oħra llum qomna, u l-fjuwil u l-elettriku għadhom ma roħsux.

Qomna biex erġajna sibna ruħna fit-traffiku, mingħajr ebda soluzzjoni għal dan.

Erġajna qomna biex sibna taxxi fuq diversi prodotti u żidiet li ma jagħmlu l-ebda effett biex jeqirdu l-faqar.

Allura kollox huwa ħażin? – Le mhux kollox – tal-anqas dan il-baġit iqis uħud mis-suġġerimenti tal-Oppożizzjoni, bħal pereżempju t-tneħħija tat-taxxa fuq id-dħul għall-pensjonijiet.

Dak li għandu jħassibna l-aktar dwar dan il-baġit huwa n-nuqqas ta’ viżjoni – ma fih ebda miżura kreattiva sabiex intejbu l-ekonomija tagħna u sabiex inħarsu l-ambjent.

Aħna ħaqqna nqumu f’Malta u Għawdex li huma aħjar, u dan jista’ jseħħ biss meta jasal il-jum tal-votazzjoni u b’hekk tasal il-bidla li ħaqqna lkoll.

Din l-għażla f’idejna!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *