Letter to First Time Voters

Dear First Time Voter,

I have been thinking about writing this letter to you for a while. I did not do so before because I wanted to really think about what to say when writing to you. You see, this is the first time that I am contesting a general election. I was announced as a candidate three years ago and so far it has been a lot of hard work. I must admit however, that I am enjoying the journey. I wanted to write to you because we have one thing in common – we are both first timers – it is the first time you are voting and it is the first time I am contesting.

I always had an interest in politics and whenever an election was approaching I used to spend hours debating with my family (mainly my dad when we has alive) about whom to vote for. It was always an open and interesting discussion and, I always tried to stay objective. You may personally find politics interesting or, perhaps not, but I strongly believe that, whichever party we support, we should all vote, because the Government makes decisions that impact various aspects of our life – from health to education, from the environment to laws, and so much more. We should therefore all have a say on who makes those decisions on our behalf.

This time round, you too will get to have your say.

At this point I can go on about how much I believe in people your age, I can try to say the right words to get you interested but the real aim of this letter is to reach out to you and to actually ask for your help.

I am young (well that is what I keep telling myself!) but I am older than you (38). This means that I may not be fully in touch with your issues and would like to hear from you about these. I want to know what subjects are of interest to you, and whether there are things I am not addressing in my campaign.

I look forward to hearing from you and will appreciate whatever you have to share with me. You can follow me and contact me on my Facebook page – Roselyn Borg Knight or on my website www.roselynborg.com.

Thank you

Dr. Roselyn Borg Knight
New PN Candidate on the 9th and 10th District
(Gharghur, Msida, Swatar, San Ġwann, Kappara, Swieqi, Madliena, Ta’ Xbiex, Gżira, part of Naxxar, Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, San Ġiljan, Paceville, Sliema)

 

Nista’ ngħid li ilni ftit mhux ħażin naħseb biex nikteb din l-ittra. U ma għamiltx hekk qabel għax xtaqt li naħseb sew dwar dak li ridt nikteb. Din hi l-ewwel darba li jien qed nikkuntesta l-elezzjoni ġenerali. Madwar tliet snin ilu kien tħabbar li jien ser inkun kandidata ġdida, u nista’ ngħid li dan iż-żmien kien karatterizzat minn ħafna xogħol. Madankollu, ikolli nammetti li dan kien vjaġġ pjaċevoli. Xtaqt li niktiblek għax għandna ħaġa komuni – din hi esperjenza ġdida kemm għalik u kemm għalija – hija l-ewwel darba li int se tivvota u hi l-ewwel darba li jien ser nikkuntesta.

Jien minn dejjem kelli interess fil-politika, u kull meta kienet toqrob elezzjoni kont ngħaddi sigħat sħaħ niddibatti mal-familja tiegħi (l-aktar ma’ missieri, meta kien għadu ħaj) dwar lil min ser nivvota. Dejjem kienet tkun diskussjoni miftuħa u interessanti u dejjem kont nipprova li nibqa’ oġġettiva. Personalment, inti tista’ ssib li l-politika hi suġġett interessanti, jew forsi ma taqbilx, imma jien nemmen bis-sħiħ li, kwalunkwe partit nissapportjaw, ilkoll għandna nivvutaw, għax il-Gvern jagħmel deċiżjonijiet li għandhom impatt qawwi fuq diversi aspetti ta’ ħajjitna – mis-saħħa għall-edukazzjoni, mill-ambjent għal-liġijiet, u ħafna aktar. Għalhekk, ilkoll għandna nipparteċipaw fl-għażla ta’ min ser jagħmel deċiżjonijet f’isimna.

Din id-darba, int ukoll tista’ ssemma’ leħnek.

L-iskop ta’ din l-ittra mhux li noqgħod nitkellem dwar kemm nemmen fil-potenzjal tal-persuni tal-età tiegħek, jew li nsib il-kliem adattat biex inqanqal l-interess tiegħek, iżda l-għan ewlieni hu li nikkuntattjak u li nitolbok għall-għajnuna.

Jien għadni żgħira (insomma, hekk ngħid lili nnifsi!) imma jien akbar minnek (għandi 38 sena). Dan ifisser li jista’ jkun li ma nifhimx kompletament is-suġġetti li huma l-aktar għal qalbek u li l-aktar jaffetwaw il-ħajtek, u jekk hemmx xi kwistjonijiet li jien minix qed nitkellem dwarhom fil-kampanja tiegħi. Nixtieq li nisma’ l-opinjoni tiegħek u napprezza l-għajnuna tiegħek.

Tista’ ssegwini u tikkuntattjani fuq il-paġna tiegħi fuq facebook – Roselyn Borg Knight jew żur is-sit tiegħi www.roselynborg.com.

Grazzi

Dr Roselyn Borg Knight
Kandidata Ġdida PN – 9 u 10 distrett
(Gharghur, Msida, Swatar, San Ġwann, Kappara, Swieqi, Madliena, Ta’ Xbiex, Gżira, parti minn Naxxar, Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, San Ġiljan, Paceville, Sliema)

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *