L-Awguri tal-Kap tal-PN se jsiru nhar is-Sibt 23 ta’ Diċembru
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia se jkun qed jaqsam l-awguri tiegħu b’mod personali mal-pubbliku nhar is-Sibt 23 ta’ Diċembru fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, il-Pietà, bejn l-10:00am u 12:00pm.
Adrian Delia se jkun akkumpanjat mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista sabiex ikunu jistgħu jaqsmu x-xewqat għal dan iż-żmien tal-festi u għalhekk dakinhar qiegħed jistieden lill-pubbliku fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
FILMAT: “Jien se nivvota favur il-mozzjoni oriġinali għax m’għandix x’naħbi” – Adrian Delia
“Jien se nivvota favur il-mozzjoni oriġinali għax m’għandix x’naħbi. Nistieden lill-Gvern jagħmel l-istess jekk m’għandux minn xiex jaħbi”.
Hekk iddikjara l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fil-Parlament meta kienet qed tiġi diskussa mozzjoni mressqa mid-Deputat Chris Said biex jitwaqqaf bord ta’ inkjesta skont il-liġi.
L-Oppżizzjoni twiegħed li tkun fuq quddiem biex tiddefendi r-reputazzjoni finanzjarja ta’ Malta – Adrian Delia
L-Oppożizzjoni twiegħed li tieħu inizjattiva u tkun fuq quddiem biex tiddefendi r-reputazzjoni tas-servizzi finanzjarji f’Malta fuq livell Ewropew.
Waqt stqarrija parlamentari, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għamilha ċara li hu fundamentali li s-settur ekonomiku tas-servizzi finanzjarju li għal tletin sena sħaħ Gvernijiet Maltin bdew, kabbru u ddefendew reputazzjoni ta’ eċċellenza ma jispiċċax fi ftit xhur jew snin.
Il-Partit Nazzjonalista beda jkun u ser ikun aktar qrib in-nies
Il-Partit Nazzjonalista beda jkun u ser ikun aktar qrib in-nies. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fl-ewwel laqgħa li kellu mal-President tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) Joseph Daul dalgħodu fi Brussel qabel is-Summit tal-PPE.
Matul din il-laqgħa saret diskussjoni dwar il-koperazzjoni bejn il-PN u l-PPE bi preparazzjoni għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’Mejju 2019 u l-importanza li l-PN jerġa’ jkun aktar qrib in-nies kif kien fil-passat.
#DefendMalta – ‘Malta mhix tax haven’ – Adrian Delia
“Wara l-vot tal-lum fil-Parlament Ewropew, jeħtieġ aktar minn qatt qabel li niddefendu lil Malta”. Kiteb dan il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fi tweet fuq Twitter.
€620,319 – somma fenomenali miġbura fil-maratona tal-Partit Nazzjonalista
Il-poplu Malti u Għawdxi għal darb’oħra laqa’ l-istedina tal-Partit Nazzjonalista – biċ-ċifra finali tkun dik ta’ €620,319. Somma rekord għal dawn l-aħħar snin.
“Tim ġdid, mod ġdid”: Jinħatar uffiċjalment is-Segretarju Ġenerali u l-uffiċjali tal-Partit
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista eleġġa l-membri li tefgħu n-nomina għall-karigi bħala Uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Kap tal-PN Adrian Delia f’kummenti mal-ġurnalisti sostna li jemmen li minkejja t-triq fl-erba’ snin u nofs li ġejjin hi waħda twila flimkien se naslu.
FILMATI: Robert Arrigo u David Agius se jkunu l-Viċi Kapijiet il-ġodda tal-PN
Eletti l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista
Il-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista ivvutaw biex ħatru lil Kristy Debono bħala l-President il-ġdid tal-Kunsill Ġenerali kif ukoll għażlu t-tmintax-il rappreżentant tal-Kunsill Ġenerali fil-Kumitat Eżekuttiv tal-PN.
FILMAT: Diskors tal-Kap tal-PN Adrian Delia fil-Parlament dwar l-estimi tal-baġit
FILMAT: “Il-flus messhom intefqu biex ma tinqatilx” – Adrian Delia
Il-flus li qed jiġu offruti lil min jagħti informazzjoni dwar il-qtil politiku talġurnalista Daphne Caruana Galizia, messhom intużaw biex ma tinqatilx. Kien obbligu ċar tal-Gvern li joffri protezzjoni lil Daphne Caruana Galizia, iżda l-Gvern ma tax din il-protezzjoni. Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’intervista fuq Radio 101.
Il-Partit Nazzjonalista se jingħaqad mas-soċjetà ċivili: ninsistu li ssir ġustizzja – Adrian Delia
Kif diġà wiegħed li se jagħmel, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jingħaqad mas-soċjetà ċivili u mal-poplu Malti u Għawdxi u jinsisti li f’pajjiżna ssir ġustizzja. Għalhekk nhar il-Ħadd, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jieħu sehem fid-dimostrazzjoni nazzjonali organizzata mis-Civil Society Network u qed jinkoraġixxi lill-poplu Malti u Għawdxi biex jattendi.
Fil-Parlament: Il-konferenza tal-aħbarijiet tal-Kummissarju tal-Pulizija kompliet iddaħħal dubji kbar
Segwi d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni
LIVE mill-Parlament: Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia
Segwi d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni
Mill-Parlament: Il-qtil politiku ta’ Daphne Caruana Galizia
Segwi d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni
“Illum seħħ qtil politiku” – Il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia
“Illum seħħ qtil politiku. Inqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia – persuna li kixfet l-akbar skandlu ta’ korruzzjoni f’pajjiżna, l-iskandlu ta’ Panama u li kienet l-akbar kritika tal-Gvern u tal-Partit Laburista għal dawn l-aħħar snin” – kliem il-Kap tal-Opożizzjoni Adrian Delia fi stqarrija li ta lill-media.
Adrian Delia stqarr li dan il-qtil huwa l-agħar qtil politika minn meta nqatel Raymond Caruana, fejn kompla billi ta l-kondoljanzi u solidarjeta’ lill-familja Caruana Galizia.
FILMATI U RITRATTI: “Partit magħqud biex jagħti l-pajjiż lura lin-nies” – Adrian Delia
Partit magħqud biex jagħti l-pajjiż lura lin-nies. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, meta indirizza għall-ewwel darba, attivita tal-massa – il-meeting tradizzjonali fuq il-Fosos tal-Floriana, il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista biex ifakkar il-kisba tal-Indipendenza.
Ninsabu f’mument storiku ieħor, qal Adrian Delia, m’għandniex ġlieda kontra għedewwa barranin, il-kolonjaliżmu, jew l-indipendenza iżda għandna għal darb’oħra ġlieda għax-xogħol, ġustizzja u l-liberta’ u kontra l-korruzzjoni.
Bijografija qasira tal-Kap tal-PN Adrian Delia
Min hu Adrian Delia? Min hu l-Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista?
RITRATTI: Adrian Delia jqatta’ l-ewwel ġurnata bħala Kap tal-PN qalb in-nies
L-ewwel għodwa ta’ Adrian Delia bħala kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista bdiet b’kafè qalb in-nies fil-każin tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi.
Hemm hu analizza l-gazzetti tal-Ħadd għall-ewwel darba, fejn kellu diskussjoni ma’ dawk preżenti dwar l-aħħar sigħat u wkoll l-ideat tiegħu għall-Partit Nazzjonalista.
SEGWI: Adrian Delia elett il-Kap il-ġdid tal-PN; jivvutaw 95% tat-Tesserati
Il-President tal-Kummissjoni Elettorali Interna Joe Borg ħabbar ir-riżultat uffiċjali finali: 7,734 vot għal Adrian Delia u 6,932 vot għal Chris Said.